Aħna nużaw cookies - dawn jgħinuna biex nagħtuk esperjenza online aħjar.
Bl-użu tal-websajt tagħna inti taċċetta li aħna nistghu inżommu u naċċessaw cookies fl-apparat tiegħek.

Imseħbin

Popmundo Battrick
F'Popmundo inti tilgħab il-parti ta' stilla famuża fl-industrija tal-mużika. Sib l-istil tiegħek, ifforma grupp mużikali u vvjaġġa madwar id-dinja f'komunita' ta' iktar min 300,000 plejer attiv!

Din il-logħba tiġi oħt il-logħba Hattrick u ġiet żviluppata mill-istess nies li żviluppaw Hattrick, jiġifieri Extralives AB fl-Iżvezja. Bħal Hattrick, id-dinja ta' Popmundo ma tispiċċa qatt - dejjem ħa ssib xi ħaġa x'tagħmel, diska ġdida x'tirrekordja u dejjem ħa ssib lil xi ħadd ma' min tifflertja waqt xi party backstage. Il-karattri kollha li tiffaċċja u tħabbat wiċċek magħhom huma ovvjament plejers reali li bħalek jkunu qegħdin jilagħbu l-logħba.

Popmundo hija logħba profonda imma sabiħa xorta waħda. Huwa totalment possibli li tillogja ftit drabi biss matul il-ġimgħa u xorta jirnexxielek tavvanza fiċ-charts. Waħda mill-isbaħ affarijiet f'din il-logħba hija l-għażla vasta li għandek. Meta tixba mill-istil ta' ħajja li tkun għaddej biha, hemm ħafna iktar affarijiet x'tagħmel - tista' tilħaq investigatur privat jew tibni imperu ta' proprjeta jew inkella tissetilja u trabbi familja.

Battrick.org hija logħba maniġerjali tal-cricket f'ambjent simili għal dak ta' Hattrick. Din hija l-logħba perfetta għal dawk li jħobbu l-cricket u dawk kollha li jħobbu dan l-isport - għandna l-provi li huwa faċli ħafna li tiġi vviżżjat minn din il-logħba.

Int se tmexxi klabb tal-cricket, tħarreġ lil plejers u tikkowċjahom f'One Day League u l-logħob First Class. Hemm ukoll tazza internazzjonali fejn tista' tipparteċipa kif ukoll Tazza tad-Dinja għat-timijiet nazzjonali. Teżisti komunita' li toffrilek ħbiberija u għajnuna kbira.

Battrick hija riżultat ta' kollaborazzjoni bejn Allan Fairlie-Clarke, persuna li jilgħab Hattrick u li kien moderatur, u t-tim ta' Hattrick.
 
 
Server 095