Aħna nużaw cookies - dawn jgħinuna biex nagħtuk esperjenza online aħjar.
Bl-użu tal-websajt tagħna inti taċċetta li aħna nistghu inżommu u naċċessaw cookies fl-apparat tiegħek.

Logħob maniġerjali

Logħob maniġerjali huma tip ta' logħob fejn inti tilgħab ir-rwol ta' maniġer ta' tim sportiv. Tista' tkun maniġer tal-futbol jew tal-baskitbol - hemm ħafna sports differenti għalkemm il-futbol huwa l-aktar wieħed popolari.

L-aktar logħba maniġerjali favorita fid-dinja kollha

L-aktar logħba popolari tal-futbol maniġerjali hija Hattrick. Għandna mijiet ta' eluf ta' maniġers umani li huma attivi fil-logħba.

F’Ħattrick, int taġixxi bħala s-sid u l-maniġer tat-tim tal-futbol tiegħek stess. Dan ifisser li inti tieħu d-deċiżjonijiet kollha kritiċi dwar taħriġ, scouting, azzjonijiet dwar il-bejgħ u xiri ta’ plejers - u naturalment id-deċiżjonijiet tattiċi qabel u waqt il-logħob tiegħek. L-għan huwa li tibni l-klabb u t-tim tiegħek, li jegħleb l-avversarji, u jagħmel progress permezz ta' sistema ta’ lig, fejn il-timijiet l-oħra huma wkoll imexxija minn utenti oħra.

Ħattrick dejjem hija b'xejn biex tilgħabha

Ħattrick hija logħba ta’ maniġment bla ħlas. Qatt ma se tiswik xi flus biex tibda jew iżomm it-tim tiegħek, u aħna qatt ma ser inġagħluk tħallas għal xi vantaġġ fil-logħba. Madankollu hu possibbli li taġġorna l-kont tiegħek biex issir Ħattrick Supporter, li jagħtik għodod żejda għall-analiżi, biex tippersonalizza it-tim tiegħek, u biex tikkomunika ma’ maniġers oħra.

Jekk jogħġbok ipprova waħda mill-aħjar logħbiet maniġerjali, iffirma llum – u tkun tista’ tibda tilgħab il-logħba fi ftit minuti.
 
 
Server 095