Aħna nużaw cookies - dawn jgħinuna biex nagħtuk esperjenza online aħjar.
Bl-użu tal-websajt tagħna inti taċċetta li aħna nistghu inżommu u naċċessaw cookies fl-apparat tiegħek.

Regoli tal-komun

Hattrick hija kompletament b'xejn. Ninsistu biss illi tobdu r-regoli tal-komun. Jekk taħsbu li xi ħadd qiegħed jikser dawn ir-regoli, jekk jogħġobkom innotifikaw lill-GameMasters.

It-tim ta' Hattrick dejjem jipprova jagħmel li jista' biex itejjeb il-logħba. Tibdiliet żgħar jistgħu jseħħu kull qasir żmien imma tibdiliet kbar is-soltu jseħħu bejn staġun u ieħor. Billi Hattrick hija logħba kontinwa mingħajr tmiem, jista' jkun il-każ li tiġi modifikata kull ċertu żmien mill-programmaturi, pereżempju biex jiġi evitat li ċertu timijiet isiru imbattibli. Fil-qosor, il-logħba tiġi studjata kontinwament u jkun il-każ wkoll li jsiru xi nterventi minn żmien għal żmien. Dan jiġi magħmul b'mod kemm jista' jkun ġust u ħafif u billi tiġi avżat minn qabel biex ikollok ċans taddatta. Pero', xi kultant ċertu kambjamenti ma jkunux jistgħu jiġu evitati u jridu jsiru bilfors.

Ġeneralment, is-servers tagħna dejjem jiffunzjonaw sew imma ġieli jista' jkun il-każ li jsir xi xogħol ta' manutenzjoni jew upgrejds. Aħna dejjem nippruvaw navżaw minn qabel imma fejn ikun każ ta' emerġenza, jista' jkun li xi nterventi jsiru bla ma jkun hemm l-ebda avviż minn qabel.

Ġieli jkun il-każ ukoll li jkollna xi problemi mhux mistennija. Jekk tindunaw b'xi ħaġa stramba, innotifikaw lill-GMs u dawn jippruvaw jaħdmu fuqha. F'dawn il-każijiet aħna nippruvaw inkunu ġusti kemm jista' jkun imma għal raġunijiet prattiċi, il-logħob ma jiġix repetut. Deċiżjonijiet inġusti mir-referees, affarijiet strambi li jseħħu waqt il-logħba u xorti ħażina huma kollha, kif jgħidu, parti mil-logħba.

 
 
Rate this page
Server 096