Aħna nużaw cookies - dawn jgħinuna biex nagħtuk esperjenza online aħjar.
Bl-użu tal-websajt tagħna inti taċċetta li aħna nistghu inżommu u naċċessaw cookies fl-apparat tiegħek.

Introduzzjoni

Dan huwa l-manwal ta' Hattrick. Għal introduzzjoni aktar qasira għal-logħba mur fuq il-gwida għan-novizzi.

Hattrick hija logħba fejn int trid tmexxi tim tal-futbol lejn il-glorja, f'kompetizzjoni ma' parteċipanti oħra minn madwar id-dinja kollha.

Hattrick hija loghba sempliċi, u faċli ħafna biex tifhem il-prinċipji. Tista' tilgħab Hattrick anke jekk int tillogja darba jew darbtejn biss fil-ġimgħa (imma nisperaw li narawk daqsxejn iktar spiss). L-isfida m'hijiex li jirnexxielek tirbaħ il-logħba, imma l-isfida qegħda fil-kompetizzjoni li hemm ma' parteċipanti oħra. Waqt li jikkompetu, ħafna parteċipanti jsiru ħbieb, u dan jagħmel lil Hattrick logħba soċjali ukoll.

Xogħlok inġenerali

Int trid tagħmel xogħol ta' maniġer u ta' sid ta' klabb. Waqt li tippjana t-tattiki u l-istrateġiji, trid tiddeċiedi x'tittrejnja u liema plejers tagħżel biex jilagħbu. Trid tixtri u tbiegħ il-plejers, tinvesti biex timpruvja l-grawnd u ħafna iktar. Parir tajjeb biex tikseb suċċess hu li tifforma strateġija tajba u pjan fit-tul. Is-suċċess u l-glorja ma jiġux b'xejn għal kulħadd.

It-tim ġdid tiegħek

Meta tieħu t-tim f'idejk se ssib ruħek f'wieħed mill-postijiet vakanti f'waħda mill-aħħar żewġ diviżjonijiet fis-sistema tas-serje ta' Hattrick. Biex tibda tiela' 'l fuq għandek skwadra ta' plejers (xi ftit jistgħu jkollhom talent imma oħrajn jistgħu ma jkollhomx...), grawnd u ftit flus biex jgħinuk. Issa iż-żmien biex inti tibda turi l-maġija tiegħek.

Toqgħodx tinkwieta meta tiġi biex tagħżel l-isem tat-tim. Dejjem tista' tibdlu bejn staġun u ieħor, imma jiġi jiswiek 10 000 US$ u ftit mis-sapporters jitilqu lil klabb.

Reġjun u temp

It-tim tiegħek ġej minn reġjun, reġjun li probabilment inti relatat miegħu. Ir-reġjuni qegħdin hemmhekk biex inti tkun tista' tara u tiċċekja nies oħra mill-istess post tiegħek. Fattur importanti ieħor hu li kull reġjun għandu t-temp tiegħu. Ma hemm l-ebda reġjun li għandu temp aħjar mill-ieħor, ir-reġjuni kollha huma l-istess għalhekk ma għandekx għalfejn tinkwieta li ħa tagħmel xi għażla ħażina.

It-temp jaffettwa xi affarijiet, l-iktar importanti tkun l-attendenza (inqas nies se jiġu jaraw il-logħob tiegħek jekk tkun ix-xita). Fuq il-paġna tar-"Reġjun" tista' tara x'inhu t-temp illum u x'inhu t-tbassir għal għada. Jekk illum ix-xemx, il-probabbilta' (kumparati mat-tipi l-oħra tat-temp) hi li għada se tkun ix-xemx ukoll, u dan juri li t-temp ma jkunx kompletament kif ġie ġie.

Jekk trid tista' tbiddel ir-reġjun bejn staġun u ieħor . Dan pero' jiswiek spiża ta' 10 000 US$ u 3% mis-sapporters tiegħek jħallu l-klabb.

L-aħjar parir tagħna

L-aħjar parir li nistgħu ntukhom hu li taqraw dan il-manwal. Ma għandkomx għalfejn taqraw kollox f'daqqa, jekk taqraw l-ewwel kapitli tkunu tistgħu tibdew u jkollkom indikazzjoni tajba ta' kif tilagħbu l-logħba. Parir ieħor hu biex ma tiddejjqux issaqsu xi mistoqsijiet li jista' jkollkom fil-forums. Attwalment hemm forum li ġiet ikkrejata apposta għal mistoqsijiet.

Hemm ħaġa waħda biss li ninsistu fuqha: Li wieħed josserva r-regoli sempliċi ta' kondotta biex b'hekk ikollna l-isbaħ esperjenza f'Hattrick. Dawn nsibuhom fir-regoli basiċi.
 
 
Rate this page
Server 095