Aħna nużaw cookies - dawn jgħinuna biex nagħtuk esperjenza online aħjar.
Bl-użu tal-websajt tagħna inti taċċetta li aħna nistghu inżommu u naċċessaw cookies fl-apparat tiegħek.

Termini ta' Użu

Biex Hattrick tkun uniformi mal-leġislatura Ewropeja fuq l-ipproċessar ta' l-informazzjoni, inti trid taċċetta t-Termini ta' Użu qabel ma tkun tista' taċċessa l-kont tiegħek.

Dawn huma il-punti ewlenin fit-Termini ta' Użu u jekk hemm xi differenzi bejn dawn il-linji u t-termini ta' użu bl-Ingliż, it-Termini ta' Użu bl-Ingliż huma dawk li int trid timxi magħhom.

1. Meta tapplika għal Hattrick, uża l-isem u l-indiriżż proprja tiegħek. Dan jagħmilha iktar faċli għalina biex nivverifikaw l-identita' tiegħek u ngħinuk meta inti tiltaqa' ma' xi problemi fuq is-sit. Li tkun ġust fil-logħba huwa importanti ħafna għalina u l-Game Masters ta' Hattrick iqattgħu ħafna ħin jippruvaw jevitaw każi ta' fottiment milli jsiru. Informazzjoni tajba mingħandek se tgħinhom jagħmlu dan.

Jekk għandek inqas minn 18-il sena jista' ikun li jkollok bżonn il-permess tal-ġenituri biex tkun tista' tilgħab skond kif inhu meħtieġ bil-liġi f'pajjiżek.

2. Trid dejjem timxi mar-Regoli tal-Komun. Int tista' tirreġistra account wieħed kull darba. Ma tistax tbabas jew tidħol f'xi kont ta' xi ħaddieħor jew tipprova tbiddel/tbabas b'xi mod mhux permess xi parti minn Hattrick. U tinsiex l-imġieba, jekk jogħġbok ġib ruħek sew. Ma tistax tbeżża jew tinsulenta persuni oħra jew tibagħtilhom xi spam. U dejjem irrispetta l-copyrights ta' persuni oħra.

3. Jekk ma timxiex ma' dawn ir-regoli inti tista' titlef it-tim tiegħek jew inkella tiġi mkeċċi minn xi Game Master. It-tim tiegħek jista' jiġi mħassar ukoll jekk iddum ma tidħol fis-sit għal perjodu ta' seba' ġimgħat.

4. Aħna dejjem nippruvaw nagħtukom servizz tajjeb kemm jista' ikun, imma ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz ser ikun dejjem disponibli u li l-ebda informazzjoni m'hu se tintilef.

5. Meta ddaħħal informazzjoni fis-sistema tagħna inti qiegħed ittina aċċess biex nużaw dik l-informazzjoni. Ser nieħdu ħsieb il-privatezza tiegħek u nimxu skond il-liġijiet tal-privatezza ta' l-Unjoni Ewropeja.

Qatt m'aħna se nibagħtulek spam jew inkella ngħaddu l-informazzjoni tiegħek lil terzi persuni li m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' Hattrick.

Minn żmien għal żmien nistgħu nibagħtulek ittra bl-aħbarijiet tagħna jew inkella emails relatati mal-logħba, bħal ngħidu aħna biex infakkruk il-password tiegħek.

Nistgħu nużaw cookies fuq is-sit tagħna biex inti tesperjenza servizz aħjar la darba tkun fuq is-sit tagħna.

Tista' taqra id-dikjarazzjoni sħiħa tagħna fuq il-privatezza bl-Ingliż hawn.

6. Aħna poġġejna ħafna u ħafna snin ta' xogħol bla waqfien f'Hattrick u nisperaw li inti tifhem li jekk inti trid tuża xi ħaġa li tappartjeni għal Hattrick x'imkien barra minn Hattrick, trid iġġib il-permess tagħna l-ewwel.

Jista' ikun li jkollna bżonn nagħmlu xi bidliet fit-termini ta' użu jew fid-dikjarazzjoni ta' privatezza. Jekk ikun il-każ, aħna ninfurmawkom dejjem fuq is-sit.

 
 
Server 095