Aħna nużaw cookies - dawn jgħinuna biex nagħtuk esperjenza online aħjar.
Bl-użu tal-websajt tagħna inti taċċetta li aħna nistghu inżommu u naċċessaw cookies fl-apparat tiegħek.

L-istorja ta' Hattrick

Staġun Nru. 1 (30 ta' Awissu 1997)

Hattrick twieldet fit-30 ta' Awissu 1997. Il-logħba kienet bl-Isvediż u bdiet b'16 il-tim biss. Żewġ kampjonati (A u B) kienu jintlagħbu bi prova f'7 rawnds. 4-4-2 kienet l-uniku formazzjoni li stajt tuża u għat-taħriġ stajt tagħżel minn ġenerali, stamina u set pieces.

Is-sit kien jagħlaq kull lejl fin-00.30 biex isiru l-aġġornamenti meħtieġa, isiru t-transferimenti u jintlagħab il-logħob. Ir-riżultati tal-logħob stajt tarahom meta s-sit jerġa' jiftaħ l-għada filgħodu.

Il-logo oriġinali u nostalġiku.
Il-logo oriġinali u nostalġiku.

Staġun Nru. 2 (23 ta' Novembru 1997)

Hattrick espandiet għal 680 tim f'erba diviżjonijiet (Allsvenskan, div I, II u III) u qalbet għall-portal Svediż passagen.se. Ingħata bidu wkoll għas-suq tat-transferimenti miftuħ (qabel biex tixtri plejer, l-offerta tiegħek riedet tiġi aċċettata minn sidu).

Intlagħbet ukoll l-ewwel logħba internazzjonali: Svezja-Danimarka 1-2. Id-Danimarka kienet kopja perfetta ta' l-Isvezja, imma kienu diversi staġuni wara qabel ma l-Isvezja kellha ċ-ċans tivvendika ruħha.

Staġun Nru. 3 (5 ta' April 1998)

Hattrick espandiet għal 1704 tim meta div IV ġiet miżjuda. It-tazza kif wkoll il-logħob ta' ħbiberija ġew introdotti dan l-istaġun. Zakrock Rooch sar l-ewwel rebbieħ tat-tazza.

Staġun Nru. 4 (26 ta' Lulju 1998)

F'dan l-istaġun seħħet riforma sħiħa fejn jidħol trejning. Ġew miżjuda tipi differenti ta' trejning biex ikunu jistgħu jiġu trenjati l-abbiltajiet kollha u mhux stamina jew set pieces biss. L-effetti mhux mixtieqa ta' din il-bidla wasslu biex Per Emilsson ġie żviluppat wisq u sar l-ewwel u l-uniku plejer li laħaq il-livell ta' 'Qaddis' (li ġiet miżjuda biex jekk, kontra kull mistenni, dan jerġa' jseħħ).

Minħabba f'hekk, is-sistema tal-evalwazzjoni ġiet mibdula u bdew jintużaw marki ta' esklamazzjoni wara r-rata massima "*****". Wara din l-bidla, is-sistema tal-evalwazzjoni ġiet tidher hekk: 0, H, HH, HHH, *, **, ***, ****, *****, *****!, *****!!, etċ.

Staġun Nru. 5 (15 ta' Novembru 1998)

Jekk ġrat xi ħaġa ta' barra minn hawn f'dan l-istaġun sinjal li qabżitilna u ma rajnihiex.

Staġun Nru. 6 (14 ta' Marzu 1999)

F'dan l-istaġun ma ġara xejn partikulari lanqas.

Staġun Nru. 7 (3 ta' Lulju 1999)

Għall-ewwel darba stajt tagħżel tattika barra dik tal-4-4-2 għax sar possibli li tibdel il-pożizzjoni tal-plejers.  Ġew introdotti wkoll l-ordnijiet individwali għall-plejers, li eliminat l-għażliet tat-tattika l-qadima li kienu attakka ħafna, ottimist, attent u difensiv ħafna.

Staġun Nru. 8 (24 ta' Ottubru 1999)

Fl-aħħar tal-istaġun, fil-bidu tas-sena 2000, il-kumpanija Extralives ġiet imwaqqfa biex hekk Hattrick setgħat tkompli tikber. Sunne IK sar tim leġġendarju meta sar l-ewwel tim li rnexxilu jirbaħ il-kampjonat u t-tazza fl-istess staġun.

Staġun Nru. 9 (13 ta' Frar 2000)

Fuq inizjattiva tal-komunita' stess, il-forums inbidlu minn Passagen għal Delphi u b'hekk saru aktar b'saħħithom u konsistenti. Il-quddiem żviluppat wkoll l-ewwel komunita' li bdiet tipproduċi statistiċi maħdumin awtomatikament, HTSCB - Hattrick Central Bureau of Statistics ġie mwaqqaf.

Staġun Nru. 10 (4 ta' Ġunju 2000)

Dan l-istaġun jibqa' mfakkar bħala l-aħħar wieħed b'dik id-dehra nostalġika.

Staġun Nru. 11 (15 ta' April 2000)


Wara xahrejn wieqfa, Hattrick irritornat b'disinn kompletament ġdid u b'xebgħa affarijiet ġodda. Hattrick ma baqgħetx biss bl-Isvediż imma issa anke bl-Ingliż u iddebuttaw ukoll seba' pajjiżi ġodda: Arġentina, Ġermanja, Franza, Ingilterra, Italja, Spanja (li l-quddiem saret il-Messiku) u l-Istati Uniti ta' l-Amerka. Il-kampjonat Svediż kompla jikber ukoll għal 10920 tim, li ftit ftit bdew jittieħdu.


Logo alternattiv minn Ottubru 2000 li ma kien intuża qatt.
Apparti il-pajjiżi ġodda, Hattrick għamlet passi ta' ġgant ukoll għax issa kienet saret dejjem online u l-partiti bdew jintlagħbu diretti - dak il-ħin stess! Is-sistema tal-evalwazzjoni wkoll inbidlet, nofs stilel u stilel sħaħ, u tlett denominazzjonijiet ġodda (splendidu, sopranaturali u divin) ġew miżjuda biex hekk issa t-total kien dak ta' 15.

Fl-aħħar tal-istaġun tfaċċa l-gowler żagħżugħ Bob Sunesson li daħal fis-sistema ta' 22 sena, u li aktar tard sar l-aktar plejer famuż fil-logħba allavolja l-aqwa abbilta' tiegħu kienet dik ta' plejer tal-linja debboli.

Staġun Nru. 12 (4 ta' Frar 2001)

Minn dan l-istaġun lil hemm stajt tibqa' fl-istess diviżjoni jekk ma titlax jew taqa', li qabel ma kienx possibli għax it-timijiet kienu jiġu magħżulin bl-addoċċ fil-bidu ta' kull staġun.

L-ewwel ħaġa li tista' tixtri mil-ħanut hu T-shirt aħdar mil-isbaħ ta' Hattrick.  4 pajjiżi ġodda daħlu fid-dinja ta' Hattrick: Norveġja, Danimarka, Finlandja u Olanda.

Staġun Nru. 13 (27 ta' Mejju 2001)

Hattrick Supporter ġie mwaqqaf, servizz li 'l quddiem kellu jkun mezz ta' kif Hattrick salvat finanzjarment u kompliet tiżviluppa.

B'15 SEK (madwar 1,5€) fix-xahar inti kont tieħu l-faċilitajiet ta' lista tal-ħbieb, statistiċi personali u informazzjoni li tidher dak il-ħin li tkun qiegħed tilgħab stess. Supporter kien ukoll mezz ta' kif wieħed seta jgħin il-logħba u jagħti s-support tiegħu. Xahrejn wara il-pakkett tas-Supporter kompla jiżviluppa biż-żieda tal-gearijiet, vetrina ta' l-unuri, artikli fuq il-medja, logos, federazzjonijiet u aktar statistiċi.

23 pajjiż ġdid ġew introdotti: Oċeanja, Spanja, Portugall, Polonja, Rumanija, Ċili, Brażil, Turkija, Kolumbja, Perú, Ċina, Urugwaj, Veneżwela, Kanada, Russja, Tajlandja, Skozja, Irlanda, Ġappun, Hong Kong, Eġittu, Indja u l-Afrika ta' Isfel.

Bob Sunesson ġie ppremajt minn Hattrick tal-wirjiet stupendi tiegħu wara li l-HFA (Hattrick Football Association) iddikjaratu bħala "maħbub mit-tim kollu" - waħda mill-ewwel sorpriżi tal-logħba.

Staġun Nru. 14 (16 ta' Setembru 2001)

Sa fl-aħħar Hattrick introduċiet sistema tal-forum għaliha stess, ibbażata fuq struttura forma ta' siġra, u l-komunita' kellha post iktar naturali fejn tiltaqa' u tiddiskuti. Il-verżjonijiet ta' l-Ispanjol u l-Franċiż ġew ntrodotti u ngħaqdu sitt kampjonati ġodda: Singapore, Svizzera, Iżlanda, Belġju, Awstrija u Malasja.

Il-paġna tat-trasferimenti issa bdiet taġġorna ruħha, inkluż iktar possibilitajiet ta' tfittix li kien jagħmilha possibli biex tfittex l-abbiltajiet. Bidla oħra kienet li l-ispirtu tat-tim beda jinbidel kuljum f'dożi żgħar minflok bidla waħda kbira darba f'ġimgħa.

L-ewwel servizzi tal-mobajl, għall-Iżvezja biss, ġew ntrodotti u Supporter ġie mkabbar bin-numri fuq il-flokkijiet, ktieb tal-mistednin u forums tal-federazzjonijiet. Ġie mibdi wkoll is-CHPP (Certified Hattrick Product Provider), program fuq sistema ta' sħubija, krejat minn żviluppaturi indipendenti mis-software ta' Hattrick. Kont tista' tixtri programmi CHPP mill-ħanut.

Staġun Nru. 15 (6 ta' Jannar 2002)

Wieħed jista' jgħid li kollox ġara matul l-istaġun numru 15. Kollox beda meta nħarġu xebgħa affarijiet ġodda bħall-avvenimenti speċjali, il-logħob ta' ħbiberija, il-logħob derby u t-timijiet nazzjonali - karatteristika importanti biex setgħet tinbena l-komunita'.

Spiċċat li l-Iżvezja rebħu l-ewwel Tazza tad-Dinja (ħadd ma kien sorpriż) u sar immaniġjar tal-kriżi finanzjarja kbira billi tnaqqsu l-pagi tal-plejers u l-kontribuzzjonijiet lill-aġenti, bonus tal-promozzjoni, limitu għall-interessi u flus għall-klabb oriġinali u preċedenti.

F'nofs l-istaġun, kull tim rċieva wkoll flus għad-drittijiet tat-TV. Dawn il-bidliet ekonomiċi kollha kienu dovuti għall-fatt li l-ekonomija ma kinitx qed tiżviluppa bl-istess ritmu tal-logħba.

F'nofs dan kollu it-tim ta' HT kiber minn 3 għal 9 membri għax kien hemm bżonn iktar membri biex jgħinu fl-iżviluppar, amministrazzjoni, etċ. Is-sitt membri kienu jgħinu fuq bażi voluntarja, imma xi ftit taż-żmien wara kważi kollha ġew impjegati minn Extralives. Id-dħul tal-lingwa Ġermaniża sar mingħajr kważi l-ebda osservazzjoni.

Staġun Nru. 16 (28 ta' April 2002)

L-Ungerija, Repubblika Ċeka, Latvja, Indoneżja, Filippini, Estonja, Greċja, Kroazja u Jugoslavja, li iktar 'il quddiem saret Serbja u Montenegro u fl-aħħar Serbja, ingħaqdu fil-familja ta' Hattrick. Is-servizzi tal-mobajl issa kienu disponibli għal kull min kien jilgħab Hattrick, u l-uċuh tal-plejers u l-bookmarks kienu affarijiet ġodda. Dawk il-maniġers li kellhom kurżita' fuq kif kien jidher Bob Sunesson kellhom jibqgħu bil-kurżita' għax wiċċu kien miksi b'oġġetti differenti.

It-Tazza tad-Dinja kellha paġna u logo separati fl-ewwel edizzjonijiet.

L-HFA iddeċidiet li tħallas 1/3 tal-paga tal-plejers li jilgħabu man-nazzjonal sakemm jibqgħu jilagħbu logħob kemm man-nazzjonal u kemm mal-klabb tagħhom. L-Iżvezja rebħet l-ewwel Tazza tad-Dinja U-20, reġgħet mingħajr l-ebda sorpiża u l-ewwel plejer li laħaq 10* kien Thomas Ranlind, gowler Svediż li staġun wara ġie mkeċċi mil-logħba mis-sid Svediż tiegħu.

Staġun Nru. 17 (18 ta' Awwissu 2002)

Staġun Nru. 17 baqa' mfakkar bħala L-Anniversarju, għax Hattrick kienet ilha teżisti 5 snin issa. F'dan iż-żmien in-numru ta' nies li jilagħbu Hattrick qabeż is-60.000. Nġiebu ħames denominazzjonijiet ġodda (titanniku, indimunjat, mitiku, maġiku u utopjan) biex nżidu mal-15 li kien hemm qabel, żewġ kampjonati ġodda (Hong Kong u Tajwan) u l-verżjoni tal-lingwa Olandiża.

Is-sistema tal-forum ibbażata fuq forma ta' siġra ġiet abbandunata u mibdula f'sistema ta' forum ġdida, flimkien ma' l-sneak-peak. L-ispirtu tat-tim beda jiġi affettwat mit-trasferimenti u s-Supporters żdieditilhom iktar statistika, ktieb tan-noti u gażżetti tal-federazzjonijiet. Twieled ukoll il-prefiss Mod, biex il-moderaturi tagħna fil-forums setgħu jibdew jintgħarfu iktar.

Staġun Nru. 18 (8 ta' Diċembru 2002)

Tlett verżjonijiet ta' lingwi (l-Estonjan, it-Taljan u d-Daniż) ġew ntrodotti u ġew miżjuda erba' kampjonati ġodda (Bulgarija, Wales, Iżrael u Slovenja). Ġiet iktar faċli biex ittejjeb l-esperjenza tal-formazzjoni u sar jgħaddi iktar żmien biex titlef l-esperjenza.

Il-kumpens għal plejers tan-nazzjonal ġie mibdul. Ma bqajtx tirċievi taħriġ għal logħob tat-tim nazzjonali, imma l-HFA xorta baqgħet tħallas 1/3 tal-paga tal-plejer jekk dan kien jilgħab għall-pajjiżu.

Il-pakket tas-Supporter ġie estiż b'noti ta' tfakkir u banners mneħħija għas-Supporters - xi ħaġa li kienet apprezzata ħafna. Il-prefiss LA għall-amministratturi tal-lingwa ġie ntrodott.

Staġun Nru. 19 (30 ta' Marzu 2003)

In-numru ta' nies attivi qabeż il-figura maġika ta' 100 000. Il-gażżetti tal-komunita' għandhom post biex iħabbru l-artikli tagħhom fuq is-sit, AHP (Associated Hattrick Press) u s-sapporters tat-tim issa bdew jaħdmu b'moħħhom u bdew jindunaw f'liema kampjonat kont tilgħab pereżempju.

Il-verżjoni tal-lingwa Finlandiża ġiet miżjuda wkoll matul dan l-istaġun.

Staġun Nru. 20 (20 ta' Lulju 2003)

It-tattiki tal-partita ġew introdotti, imma setgħu jiġu ntrodotti biss fil-logħob ta' ħbiberija ta' dak l-istaġun, u l-esperjenza tal-plejers bdiet taffettwa l-prestazzjoni tagħhom. Is-sistema l-antika ta' kif tibdel il-kowċ tiegħek fejn kont tħallas 10 000 US$ u jkollok kowċ bl-addoċċ ġiet mibdula. Issa stajt tlaħħaq plejer mill-iskwadra tiegħek u tagħmlu kowċ jew inkella tħallas għal wieħed ġdid ta' l-għażla tiegħek.

Sitt kampjonati (Litwanja, Slovakkja, Ukrajna, Bosnija u Herżegovina, Vjetnam u Pakistan) u tlett lingwi (il-Pollakk, il-Portugiż u l-Katalan) ġew miżjuda. Supporter ġie estiż b'iktar kits alternattivi, iktar statistika u iktar affarijiet fil-forum, u s-CHPP bidel l-aspett tiegħu biex ikun jista' jippermetti l-parteċipazzjoni ta' iktar programmaturi fis-sistema, madankollu l-applikazzjonijiet ma kienux iktar għall-bejgħ fil-ħanut.

Ir-Rumanija saret l-ewwel pajjiż li rebaħ lit-tim nazzjonali Svediż f'logħba kompetittiva (Tazza tad-Dinja U-20) u r-Rumanija dan l-istaġun rebħet ukoll it-Tazza tad-Dinja U-20.

Staġun Nru. 21 (9 ta' Novembru 2003)

In-nies li jilagħbu Hattrick laħqu 250.000! Sitt kampjonati (Paragwaj, Ekwador, Bolivja, Niġerja, Marokk u Gżejjer Faroe) u kif ukoll sitt lingwi (il-Belġjan, it-Tork, il-Brażiljan, il-Portugiż, ir-Rumen, il-Grieg u l-Litwanjan) ġew miżjuda u HT Live kienet l-ikbar ħaġa ntrodotta.

Il-biljetti tal-grawnd għolew bi 25% u ġie modifikat il-format tat-Tazza tad-Dinja. L-ewwel kalendarju ta' Hattrick kien għall-bejgħ fil-ħanut u kien ukoll possibli li tilgħab l-imħatri fuq il-logħob ta' Hattrick permezz ta' imsieħeb minn tagħna li jaħdem fl-imħatri. Id-dominanza ta' l-Iżvezja fil-grawnd kienet waslet fi tmiemha fejn n-Norveġja rebħu t-Tazza tad-Dinja.

Staġun Nru. 22 (29 ta' Frar 2004)

L-Għarabja Sawdita, Tuneżija, Kosta Rika, l-Għarab Emirati Maqgħuda, Lussemburgu, Iran, Repubblika Domnikana u Wales saru membri ġodda f'Hattrick, u l-Ungeriż, il-Latvjan, l-Ispanjol Arġentin (li iktar tard sar is-Sud Amerikan) u l-Bulgaru kienu l-verżjonijiet tal-lingwi l-ġodda.

Staġun Nru. 23 (20 ta' Ġunju 2004)

In-numru ta' nies li jilagħbu Hattrick laħqu 400.000 u minnhom 25.000 kienu jkunu online fl-istess ħin. Biex titnaqqas l-importanza tal-fenomenu 'daytrading', l-ispejjeż u d-dħul tat-trasferimenti ġew mibdula biex jagħmluha inqas attrajenti biex tixtri u terġa' tbiegħ wara biss ftit ġranet. It-'Total Skill Index (TSI)' u 'Ikkumpara t-trasferiment' għall-plejers kollha kienu miżuri oħra biex min jilgħab il-logħba jsir jaf iktar kemm jiswa' plejer fis-suq tat-trasferimenti.

Il-pagi tal-plejers ġew mibdula biex jagħmlu l-abbiltajiet sekondarji iktar ekonomiċi. Is-sapporters tat-timijiet komplew jużaw iktar moħħhom, il-kontrattak ġie ntrodott għat-timijiet kollha u tnaqqas l-ammont ta' fortuna meta jiġu kalkulati l-valuri attakk/difens. L-evalwazzjoni tat-timijiet ġiet imnaqqsa bin-nofs u issa bdew jiġu rrappurtati bħala baxx ħafna, baxx, għoli u għoli ħafna fil-livelli kollha.

Ġew introdotti kampjonati ġodda għall-Irlanda ta' Fuq, Belarus, Maċedonja, Kenja, Panama u Ġamajka, u l-Kroat, il-Lhudi, ir-Russu u l-Ukranjan ġew miżjuda. Hattrick Clubhouse ġie ntrodott bħala servizz speċjali u sar aġġornament fis-Supporter fost oħrajn b'ħafna affarijiet ġodda fil-forum.

Staġun Nru. 24 (10 ta' Ottubru 2004)

In-numru ta' nies li jilagħbu Hattrick laħaq il-500.000 u ġie ċċelebrat bi stampa komika tad-dinja ta' Hattrick, li kkawżat xi protesti mill-Brażil meta xadina (mibdula xi ftit tal-jiem wara) ġiet impoġġija fuq dik il-parti tad-dinja.

L-ikbar aħbar kienet il-format il-ġdid tat-tazza fejn it-total ta' timijiet li jistgħu jipparteċipaw tela' minn 8192 tim għal 32768 tim. Dħul mill-biljetti tal-grawnd u mill-isponsors ġew miżjuda b'10% u l-premjijiet għar-rebħ tas-serje irduppjaw. Il-lingwa Ċeka ġiet introdotta flimkien ma' sitt kampjonati oħra: El Salvador, Honduras, Kyrgysżtan, Malta, Moldavja u Albanija

Il-verżjoni mingħajr xadina tal-comic.

Staġun Nru. 25 (30 ta' Jannar 2005)

Għall-ewwel darba fl-istorja ta' Hattrick, l-Iżvezja ma baqgħetx l-ikbar pajjiż hekk kif kemm Spanja u kemm l-Olanda kellhom iktar nies attivi jilagħbu l-logħba. Kien possibli issa li tuża żewġ tipi ġodda ta' taħriġ; Tqassim fit-Tul u Pożizzjonijiet Difensivi. Taħriġ fix-Xuttijiet ġie 25% iktar effiċjenti. Bdil fil-formula ta' kemm imorru nies il-grawnd naqqset il-varjazzjoni fil-figuri ta' spettaturi u l-burdata tas-sapporters saret inqas importanti.

"L-Aħħar Aħbarijiet" irritornat għal kull serje wara 14-il staġun nieqsa, din kienet sparixxiet meta daħal stil ġdid f'Hattrick f'istaġun numru 11. Il-Ġordan, Andorra, Ġeorġja u l-Gwatemala ngħaqdu mal-familja u l-Galizjan sar il-lingwa numru 30. FC Hong Kong għamlu ċert li jintlaħaq rekord ieħor għax sar l-ewwel tim li kellu iktar minn 100 miljun € fi flus.

Staġun Nru. 26 (22 ta' Mejju 2005)

L-ammont ta' nies li jilagħbu l-logħba tela' issa għal 600 000. Is-Surinam, Nikaragwa, Trinidad u Tobago u l-Każakistan saru membri f'Hattrick u s-Serb, n-Norveġiż u s-Slovakk kienu l-lingwi li ġew miżjuda. Sar aġġornament fis-Supporter fejn iddaħħlet l-istatistika għal bookmarks u l-forums reġjonali.

Staġun Nru. 27 (11 ta' Settembru 2005)

Fi staġun wieħed 100 000 persuna ġdida bdew jilagħbu Hattrick u issa kien hemm madwar 700 000 jilagħbu l-logħba. Il-Liċenzja ta' Kowċ ġiet introdotta biex tkun tista' tagħmel il-logħba iktar faċli li tifhimha meta tibda' tilgħabha. Tattika ġdida, Ilagħbu Krejattivament, ġiet imdaħħla wkoll flimkien ma' l-opportunita' biex tordna l-attakkanti "Lejn il-Linja" u taħriġ ġdid "Attakki minn fuq il-Linja". Fl-istess żmien l-attakkanti bdew jikkontribwixxu nqas f'attakki li ġejjin mil-linja minn plejers tal-linja.

Il-klassifikazzjoni fil-kampjonat ġiet introdotta u ddaħħlet "Ara l-Grawnd" biex tkun tista' tiddisinja l-grawnd tiegħek għal dawk li kellhom is-Supporter. Is-servizzi tal-mobajl saru iktar interattivi, u saru jħalluk tpoġġi bids biex tixtri plejers mill-mobajl tiegħek pereżempju.

L-Alġerija, Armenja, Lebanon, Liechtenstein, u s-Senegal kienu l-kampjonati ġodda f'dak l-istaġun, u l-lingwi ġodda kienu l-Korejan, il-Ġappuniż u s-Sloven. Fl-aħħar u mhux l-inqas Hattrick issa kellu wiki tiegħu stess.

Staġun Nru. 28 (1 ta' Jannar 2006)

Bejn l-istaġuni 27 u 28 kull tim li ma kellux sid u li kien qed jagħti l-walkovers sakemm jilħaq it-tieni l-iktar diviżjoni baxxa biex jiġu mibdula, saru timijiet bot. Il-pass li kien imiss f'din ir-"Riforma tas-Serje" saret fl-aħħar ta' l-istaġun meta s-sistema tas-serje ħadet il-forma ta' piramida (iktar ma' d-diviżjoni tkun baxxa iktar ħa jkollok serje) minflok ta' flixkun. B'din l-istruttura, kull tim bot ġie mċaqlaq lejn il-qiegħ tal-piramida.

Ir-riżultat ta' dan huwa li timijiet bot saru jagħmluha iktar malajr lejn il-qiegħ u jkunu iktar faċli li jiġu mibdula minflok jeħlu fin-nofs għal ħafna staġuni.

Intlagħbet għall-ewwel darba il-Hattrick Masters, bir-rebbieħ ikun tim Franċiż: FC Barentin. Cartoon United, comic ta' Hattrick, għamel l-ewwel dehra tiegħu fuq is-sit u Hattrick beda wkoll jisponsorja xi timijiet tal-futbol fil-ħajja rejali. Ġibna wkoll erba' membri ġodda: Bahrain, Barbados, Cape Verde u l-Kosta ta' l-Ivorju.

Staġun Nru. 29 (23 ta' April 2006)

Iktar minn 800 000 persuna attivi saru jilagħbu Hattrick. Ġibna format ġdid u paġna ta' l-orders bil-Flash. Il-pagi tal-plejers bdew jitħallsu ma' l-ewwel ġimgħa fil-klabb (immedjatament wara li jiffirmaw) u żdiedu l-varjazzjonijiet fir-rapporti tal-partiti.

Supporter ħadet aġġornament kbir bl-introduzzjoni tas-Sala tal-Eroj, Disinn tal-Flokkijiet, lista ikbar tal-Ħbieb u r-Rapport tal-Kowċ, biex insemmu ftit. Is-Supporters ukoll bdew jiġu kkumpensati tal-ħin li s-sit jagħmel wieqaf. L-Ażerbajġan u l-Iraq ġew introdotti fid-dinja ta' Hattrick. Intlaħaq kunsens globali fuq il-logħba u irċevejna 200 000 tweġiba - fantastiku!

Staġun Nru. 30 (13 ta' Awwissu 2006)

Intlaħaq l-objettiv ta' 900 000 persuna jilagħbu l-logħba. L-istamina bdiet taqa' matul l-istaġun u l-plejers bdew jitilfu l-abbilta' tagħhom iktar ma jikbru, bil-mod imma iktar frekwenti. Sar possibli li l-kunfidenza titla' iktar minn sabiħa ħafna u l-plejerz seta' jkollhom abbiltajiet ineżistenti. Timijiet nazzjonali issa kellhom xebgħa żidiet grafiċi u l-Hattrick Masters saret kompetizzjoni fuq erba' ġimgħat.

It-tielet verżjoni ta' lingwa Spanjola (l-Amerikan Ċentrali) u l-Kirgiż ġew introdotti u erba' pajjiżi ġodda għamlu d-debutt tagħhom: Kuwajt, Angola, Bangladexx u Montenegro.

Staġun Nru. 31 (3 ta' Diċembru 2006)

Għażla ta' karriera alternattiva, bravuri, għamlet id-debutt tagħha. Id-dħul mill-isponsors żdied u l-ispejjeż ta' l-aġenti ġew imnaqqsa flimkien mar-rati ta' interess.

Il-pakkett tas-Supporter ġie estiż b'iktar statistika. Oman u Yemen iddaħħlu bħala kampjonati ġodda u bl-introduzzjoni tal-Belarussu u l-Bask issa hemm 40 verżjoni ta' lingwi differenti.

Staġun Nru. 32 (25 ta' Marzu 2007)

L-ikbar ħaġa li qatt ġiet introdotta f'Hattrick daħlet fis-seħħ: Il-Minors - logħba ġol-logħba fejn int tmexxi t-tim tal-minors tiegħek u tittrenja l-plejers stilel tal-futur. Xahar wara li ġiet introdotta kien hemm iktar minn 500 000 tim tal-minors f'Hattrick. Hattrick ħadet dehra iktar moderna u min jilgħabha issa għandu l-opportunita' li jappella deċiżjonijiet tal-GMs lill-GMs Maġġuri, il-mexxejja ta' l-organizazzjoni tal-GMs.

Is-Supporter issa kellu l-opportunita' li jara tar-rapport tat-taħriġ mill-arkivju li nħoloq għat-tim tal-minors, il-kummenti tal-kowċ ġew jidhru wkoll fuq il-paġna tal-plejer. Fl-aħħar ta' l-istaġun għeluq żmien il-plejers inbidel biex jiġi mfakkar individwalment, qabel kienet li kull plejer kien jagħlaq żmienu fil-bidu ta' l-istaġun.

Staġun Nru. 33 (15 ta' Lulju 2007)

Hattrick iċċelebrat l-10 anniversarju bl-introduzzjoni tal-kalendarju, inviti u viewer ġdid li kien jinkludi chat integrata. Iktar tard, daħlet l-evalwazzjoni tal-logo u iktar bookmarks għas-Supporter. Il-Għana, Możambikk, Kambodja u l-Brunej ingħaqdu fil-familja ta' Hattrick, u verżjonijiet tal-lingwi Frisjana u Lussemburgiża ġew miżjuda.

Stamina issa bdiet tiġi mħarrġa bħala persentaġġ mit-taħriġ totali, minflok tiġi mħarrġa separatament bħall-abbiltajiet l-oħra. Riforma ekonomika fil-bidu ta' l-istaġun kienet l-ewwel pass biex iġġib l-ekonomija lura f'postha. Din kienet tinkludi pagi u bini ta' grawnd iktar baxxi u kif ukoll żieda fid-dħul mill-isponsors u fil-biljetti tal-grawnd. Fl-aħħar ta' l-istaġun wieħed seta' jinnota ż-żieda fil-prezzijiet fis-suq tat-trasferimenti, u ġie magħluq kapitlu fejn il-prezzijiet kienu qabdu t-triq għan-niżla.

Staġun Nru. 34 (15 ta' Lulju 2007)

F'Jannar iktar min 75 000 persuna saru jkunu online fl-istess ħin. It-taħriġ sar iktar mgħaġġel fuq livelli baxxi t'abbilta', imma iktar bil-mod fuq livelli ogħla. Simili, it-tnaqqis fl-abbiltajiet sar jiddependi wkoll fuq il-livell ta' l-abbilta' u mhux biss fuq l-eta'. Mekkaniżmu ġdid tal-logħba (b'kontribuzzjonijiet ġodda tal-plejers u fejn l-istamina ġiet importanti għall-plejers kollha) bdiet tiġi ttestjata f'partiti ta' ħbiberija biex tippromwovi plejers b'ħafna abbiltajiet.

Saru ħafna bidliet għall-aħjar fil-minors; abbiltajiet tal-plejers li ġew miżjuda, taħriġ iktar malajr, forma u stamina fissa, u informazzjoni aħjar bdiet tasal mill-kowċ u mill-iskawts.

Hattrick News, l-aħbarijiet li kienu jaslu bil-posta elettronika, ġiet mibgħuta għall-ewwel darba. Verżjoni tal-lingwa Persjana ġiet introdotta u l-Benin u s-Sirjan kienu ż-żewġ lingwi ġodda dan l-istaġun.

Staġun Nru. 35 (24 ta' Frar 2008)

Il-mekkaniżmu ġdid tal-logħba issa beda jintuża fil-logħbiet kollha. It-taħriġ sar ibbażat bil-minuta (qabel kien jiddependi fuq l-aħħar pożizzjoni li ntlagħbet) u s-set pieces bdew jaħdmu bħall-abbiltajiet l-oħra kollha (qabel il-plejers kollha fl-iskwadra kienu jieħdu t-taħriġ fis-set piece, u s-set pieces ma kienux jaffettwaw il-paga). X'inhu mistenni mis-sapporters - x'ikun mistenni mis-sapporters qabel kull logħba - ġiet introdotta u immedjatament bdiet tilgħab irwol importanti fil-ħajja ta' kull maniġer. Il-prezzijiet għall-bejgħ tal-biljetti għal sits taħt is-saqaf żdiedu u issa bdew jinbiegħu iktar minn dawn il-biljetti meta jkun imsaħħab jew tkun nieżla x-xita. Iktar minn hekk, min ikun qed jilgħab f'daru waqt logħba derby, issa sar ikollu vantaġġ żgħir li qabel ma kellux.

Match of the season, il-'board game' ta' Hattrick, bdiet tinbiegħ u l-ikbar servej tal-futbol s'issa - Global Football Monitor - irċieva numru fantastiku ta' 440 000 tweġiba. Il-lingwa Bosnijaka ġiet introdotta u l-kampjonati fit-Tanżanja u fil-Qatar għamlu d-debutt tagħhom.

Fl-aħħar ta' l-istaġun kont tista' tibda' tittestja s-sostituzzjonijiet kundizzjonati waqt logħob tal-minors.

Staġun Nru. 36 (15 ta' Ġunju 2008)

Hattrick Press, il-gażżetta ta' Hattrick b'artikli mibgħuta min-nies, ġiet introdotta, u s-sistema tal-posta nternali saret aħjar b'iktar affarijiet introdotti. Is-set pieces indiretti saru rejalta' fil-logħbiet ta' ħbiberija u t-tattika ta' 'attakka minn fuq il-linja' ġiet iktar effiċjenti grazzi għall-iżball li kien irranġat. Ordnijiet individwali saru jagħmluha possibli biex teskludi plejer mit-taħriġ fl-abbilta', imma issa ma kinitx għada iktar possibli li tħaddem iż-żewġ sistemi taż-żgħażagħ f'daqqa.

L-Uganda u l-Maldives ingħaqdu mad-dinja ta' Hattrick. Il-mili tal-kampjonati minn timijiet ġodda ġie magħmul b'mod li jistimula l-kompetizzjoni, il-plejers il-ġodda issa ma bdewx jitħallew "weħidhom" bħala l-uniċi umani fil-kampjonat. Ftaħna wkoll s-sit fejn nittestjaw ħafna affarijiet 'Il-Palk' għal 5000 persuna normali li jilagħbu Hattrick, u lqajna l-45 lingwa f'Hattrick il-Furlan.

Staġun Nru. 37 (5 ta' Ottubru 2008)

Id-disinn il-ġdid ta' Hattrick daħal f'nofs Diċembru, mingħajr dubju l-ikbar bidla li saret fi żmien twil. Mad-disinn il-ġdid daħħalna wkoll skoss affarijiet ġodda, bħal forum ġdid fjamant u l-uċuh tal-plejers pereżempju. Supporters issa ħadu disinjatur tal-flokkijiet fantastiku, u setgħu jbiddlu wkoll l-avatar.

Peress li d-disinn il-ġdid kien bidla kbira ħafna, kważi jġiegħlek tinsa' l-affarijiet l-oħra li ġraw qabel. Imma li żidna l-pool għall-partiti ta' ħbiberija ma tistax tintesa, u lanqas il-fatt li issa setgħu jibdew jiġu nvitati l-ħbieb biex jikkompetu fl-istess kampjonat.

Għamilna wkoll tfittxija fit-trasferimenti fejn int tkun tista' tfittex fit-trasferimenti kollha f'daqqa, u ma għandekx għalfejn toqgħod tfittex iktar żona żona. Is-set pieces indiretti ġew miżjuda fil-mekkaniżmu l-ġdid tal-logħba, u fil-grawnd beltxis sar l-ewwel tim li rebaġ il-Hattrick Masters darbtejn.

Staġun Nru. 38 (25 ta' Jannar 2009)

Dan l-istaġun is-sostituzzjonijiet kundizzjonati daħlu fil-logħba wara li kienu ttestjati fil-minors u fil-logħob tal-ħbiberija għal żmien mhux ħażin. Għamilna wkoll tattika ġdida għal-logħob: Xuttijiet mill-bogħod.

Fuq is-suq ta' trasferimenti ġiet introdotta regola biex tibbilanċja l-użu estrem ta' bejgħ u xiri tal-plejers: ma tistax tittrasferixxi plejer iktar minn kemm il-darba lagħab mat-tim tiegħek. Fl-istess ħin, gie introdott limitu ta' 50 plejer.

Il-pakkett tas-Supporter tagħna kellu wkoll aġġornament, b'paġna għall-programm tal-logħba li x'aktarx kien l-ikbar wieħed. Affarijiet oħra f'dan l-aġġornament kienu jinkludu profili ta' tfittix, shortcuts li tista' toħloq int u l-aħħar u imma mhux l-inqas: L-ebda banner tradizzjonali għas-Supporters.

U, ma ninsewx lil Balls. Fl-ewwel t'April l-assistent ta' Hattrick, Balls, ġie ntrodott fil-logħba u qal li hu kien qiegħed hemm biex jgħin. Balls kienet l-ewwel ċajta uffiċċjali ta' l-1 t'April li qatt saret f'Hattick, u kienet apprezzata ħafna.

Staġun Nru. 39 (17 ta' Mejju 2009)

L-effett tal-kunfidenza tat-tim fil-mekkaniżmu tal-logħba ġie mnaqqas u dan ġeneralment għamilha iktar faċli għad-difensuri u gowlers biex iwaqqfu l-attakki avversarji. Fl-istess ħin l-evalwazzjonijiet tal-partiti saru iktar preċiżi u l-effetti minħabba kunfidenza, konfużjoni u rtirar lura ġew viżibli kompletament.

HT Live kienet impruvjata sew u bl-introduzzjoni ta' Re-Live issa kont tista' terġa' ġġedded l-esperjenza tal-logħba anke jekk ma rnexxielekx tkun online waqt ħin il-partita. Żewġ lingwi ġodda ġew miżjuda, il-Vjetnamiż u l-Maċedonjan. L-introduzzjoni ta' din ta' l-aħħar ġabet magħha diskussjonijiet f'Hattrick bejn il-Maċedonja u l-Greċja fuq l-ismijiet fil-ħajja rejali u ma' dan segwew ġimgħat ta' diskussjonijiet jaħarqu fil-forums ta' dawn il-pajjiżi.

Staġun Nru. 40 (7 ta' Settembru 2009)

L-istaġun numru 40 kien wieħed kalm hafna, u ma kienx hemm bidliet fil-logħba nnifisha. Pero, fl-aħħar, Hattrick ħa jkollu paġna tal-fans fuq Facebook. Il-bravuri kollha ser ikollhom bidla, flimkien ma lista ta kull bravura li tista tagħmel. Feature ohra fejn il-maniġers jkunu jistgħu jillistjaw it-tim tal-qalb ser tkun ukoll disponibbli.

Staġun Nru. 41 (28 ta' Diċembru 2009)

Qabel ma beda l-istaġun kull tim BOT li kien fis-sitt divizjoni jew iktar l-isfel beda jaqa sal-aħħat divizjoni sal-aħħar tal-istaġun, u timijiet b'maniġers attivi ħadulhom posthom biex intejbu l-kompetizzjoni. Id-distribuzzjoni ta' kull ċans normali fil-game engine inbidlet, b'rizultat ta' dan hemm ftit mic-cansijiet esklussivi għal kull tim, biex nimpruvjaw il-bilanċ u nnaqsu il-varjanti fil-logħba. Din ukoll ġaghlet uzu aħjar tat-tattiċi tal-kontrattakk u tal-pressing.

Il-Malti, il-ħamsin lingwa tagħna huwa uffiċjali, u anke l-paġna informattiva li ttejjeb ħafna il-komunikazzjonjiet bejnietna. L-HFA tagħti merħba lill-ġenerazzjoni l-ġdida ta' reporters tal-logħba bl-abitudni li jkunu fil-ħin fil-grawnd, u fl-aħħar tal-istaġun l-ordni l-ġdid tal-logħba ser jiġi ttestjat fit-timijiet tan-nursery, u wara fil-logħob ta' ħbiberija tat-tim tal-kbar.

Staġun Nru. 42 (19 t'April 2010)

Għall-ewwel darba għandna magna tal-logħob li mhix ibbazata fuq il-4-4-2, din il-magna tal-logħob l-ġdida tista tuza kull formazzjoni mingħajr ma toqgħod tipposizzjoni l-players u għalhekk tiġi iktar faċli biex tuzaha. Waħda mill-vantaġġi ta' din il-magna tal-logħob ġdida hija li l-players ta' nofs il-grawnd, huma inqas b'saħħithom minn qabel.

Il-paġna tal-finanzi kellha update u ġiet iktar dettaljata, u issa tinkludi wkoll informazzjoni zgħira dwar l-istaġuni tal-logħob. Is-sapporters ħadu wkoll graphs li għandhom x'jaqsmu mal-finanzi. Hattrick bdiet partnership mal-gazzetta sportiva taljana 'Gazzetta dello Sport'.

Staġun Nru. 43 (9 t'Awwissu 2010)

During this season Hattrick becomes a teenager, a truly amazing milestone. The biggest news for this season is faster training, on many skill levels much faster - but also slower on high levels. At the same time skill drops are also made more depending on skill and less depending on age. There are also some changes to staff; goalkeeping assistants are merged with assistant coaches, economists are removed and you can only have 30 staff member in total (and max 10 of each kind).

The match engine are given a better simulation of nervousness and underestimation, and special events are now distributed linearly according to ball possession. Club doctors are relieved to hear that new health findings put an end to longer injuries; when a player gets injured, +4 is now the longest the injury will be.

As if this wasn't enough we also get improved league fixtures, thanks to a member of the community (jimrtex). And speaking of the community; a beta of a forum search tool is released and the devs also open up their own blog to share their everyday life.

Staġun Nru. 44 (29 ta' Novembru 2010)

After many years, Hattrick at last gets its long awaited Arabic language version. The Supporter package gets updated with live and home/away tables, like buttons and comments on press announcements, and team photos. And pre-match commentaries are now open for everyone, and it's also possible to book a friendly through Facebook.

In the game the general (form) training type is removed.

Staġun Nru. 45 (21 ta' Marzu 2011)

A lot of things happened around Hattrick this season. The perhaps biggest change in Hattrick is the introduction of My Office, the new start page for all managers. Apart from that there was three big releases: Hattrick United (our blog portal), Hattrick Widgets (widgets ready to use on almost any site/blog) and Hattrick Open (where you can play Hattrick tournaments against your friends whenever you want).

Hattrick Supporter celebrates its 10th birthday with customizable manager avatars, linked press announcements, new backgrounds and improved transfer hotlist.

Kamerun, Użbekistan, Kuba, u Palestina huma membri ġodda fil-familja ta' Hattrick mentri l-verzjoni ta' lingwa Iżlandiża ġiet rilaxxata.

Staġun Nru. 46 (11 ta' Lulju 2011)

Il-paġna fejn wieħed jagħmel l-ordnijiet għal-logħba ġiet imtejba bil-previżżjonijiet tar-rati u l-posizzjoni idejali tal-plejer qegħda tiġi murija. Utenti ġodda jistgħu jibdew isaqqsu lill-kowċ biex jagħtihom suġġeriment tal-ewwel ħdax. Huwa ukoll possibli li żewġ plejers jibdlu l-posizzjoni tagħhom fil-grawnd.

L-utenti kollha jkollhom aċċess għar-rapport ta' taħriġ bażiku. Is-sapporters jiksbu rapport ta' taħriġ dettaljat, inklużi aġġornamenti fuq stamina u forma. Statistika u grafika dwar l-użu u l-iżvilupp tal-grawnd u l-klabb tas-sapporters huma karatteristiċi ġodda għall-Sapporter, kif ukoll il-possibbiltà li tissottometti l-ordnijiet għall-partita permezz tal-applikazzjonijiet CHPP.

Staġun Nru. 47 (31 Ottubru 2011)

L-lealtà tal-plejers li baqgħu mat-tim tiegħek għal żmien twil issa se tgħinhom jilgħabu aħjar. Gerijiet f'Hattrick ġew introdotti biex issir bdil vizwali sħiħ tal-plejers fuq pagament ta' darba. Aħna wkoll għamilna statistika ġdida disponibbli fuq is-sit f'dak li jista' jissejjaħ verżjoni eħfef ta' Alltid.org. 'Hattrick Press' għandha wkoll l-blog tagħha fuq Hattrick United u fl-istess ħin anke l-federazzjonijiet jistaw ikollhom l-possibbiltà li jiftħu blog tagħhom stess.

Aħna kuntenti li ġejna vvotati bħala l-iktar logħba favorita ta' simulazzjoni fil-2011!

Staġun Nru. 48 (20 Frar 2012)

Inti tista' tistieden aktar ħbieb fis-serje tiegħek jekk tilgħab fl-aħħar żewġ diviżjonijiet ta' pajjiżek. Permezz ta' turnaments f'Hattrick ikollok l-possibbiltà biex tilagħab kontra min tixtieq mingħajr ma tirriskja li jweġġawlek xi plejers jew jaqilgħu karti li tista' taffettwa logħob ordinarji tiegħek.

Pass kbir fl-istorja tagħna huwa meta Hattrick ingħaqdet ma Zattika, pubblikatur tal-logħob iffukat fuq logħob soċjali u mobbli.

L-kits tal-logħba tiegħek issa qed jidhru fl-interfaċċja tal-ordni tal-logħba u plejers li lagħbu logħba mill-aħħar aġġornament ta' taħriġ qed jiġu mmarkati. Peress li dan mhux kollox, aħna rrilaxxajna wkoll l-applikazzjoni tal-iPhone uffiċjali f'Hattrick u b'hekk hu possibbli li tidħol f'Hattrick permezz tal-Facebook.

Staġun Nru 49 (11 Ġunju 2012)

Iċ-ċentru ġdid tagħna ta' reklutaġġ jagħmilha aktar faċli għalik biex tistieden lill-ħbieb tiegħek f'Hattrick. Flimkien mal- 'Hattrick Press' organizzajna Kompetizzjoni ta' kitba fejn inti tista' tikteb artikli dwar l-karriera tiegħek f'Hattrick. Liċenzja ġdida għal-maniger tieħu post liċenzja l-qadima bħala parti mit-titjib ġdid għall-esperjenza tal-utent.

Hekk kif Hattrick raw id-dawl tal-ġurnata 15-il sena ilu, aħna se niċċelebraw dan b'klassifikazzjonijiet ġodda li se jagħtuna ħafna aktar informazzjoni dwar logħbiet tiegħek biex tifhem aħjar logħba. Hemm ukoll it-tnedija ta' l-paġna tal-anniversarju fejn aħna naqsmu xi fatti interessanti dwar l-ewwel 15-il sena tagħna.

Utenti ta' smartphone tagħna issa jistgħu wkoll igawdu Hattrick permezz tal-applikazzjoni uffiċjali tal-android tagħna li għandha l-istess funzjonalità bħala l-appikazzjoni tal-iPhone.

Staġun Nru 50 (1 Ottubru 2012)

L-evalwazzjoni graffika qed żżidu aktar valur għall-klassifikazzjonijiet dettaljati ġodda tal-logħba. Logħbiet singoli jagħtuk l-possibbiltà li tikkontesta kull tim u tilgħab saħansitra aktar logħbiet barra l-iskeda regolari tiegħek.

Il-pakkett ta' Sapporter tagħna ġie mogħti titjib sostanzjali billi ġew introdotti karatteristiċi ġodda bħal fost oħrajn 'Ikkumpara t-trasferiment', 'Tema tal-klabb, u 'Editur tal-logo tal-klabb'. Xi aspetti ta' sapporter qodma saru disponibbli wkoll għal kulħadd.

'L-Autobidding' tagħti l-possibbiltà għall-maniġers li jibqgħu fis-sodda matul il-ħinijiet strambi sabiex jiksbu dak il-plejer li tant jixtiequ. Permezz ta' 'Offerwalls' aħna issa noffru l-possibbiltà li taqilgħu punti premju biex tikseb Sapporter u Krediti mingħajr ma jkollok tonfoq flus reali.

Staġun Nru 51 (21 Jannar 2013)

Billi tkun tista taqsam r-riżultati tal-logħba tiegħek mal-ħbieb fuq netwerks soċjali, inti tista tgħidulhom dwar r-rebħa straordinarja tiegħek jew li t-telfa inġusta.

Hattrick Sapporter m'għadhiex prodott wieħed, minflok issa hemm tliet, li huma: Platinu, Deheb u Fidda. Hemm wkoll prezzijiet individwali għal kull pajjiż, li jagħtu lill-utenti f'ħafna pajjiżi l-opportunità li jixtru Sapporter bi prezz aktar baxx minn qabel.

Ħafna nies ddubitat jekk nistgħu qatt niġu b'ċajta aħjar fl-ewwel t'April wara Blalen. L-introduzzjoni ta' referees kien tentattiv meqjus bħala tajjeb ħafna. Issa inti tista' wkoll taqla punti premju billi tistieden lill-ħbieb tiegħek jilagħbu Hatrick.

Staġun Nru 52 (13 Mejju 2013)

Is-slielem huma kompetizzjoni alternattiva imma b'pass aktar mgħaġġel għal dawk li jixtiequ aktar azzjoni, sfida ġdida jew għal minn irid jieħu gost jilgħab f'kompetizzjoni differenti. Il-lingwa ta' Ażerbajġan isir il-54 lingwa disponibbli f'Hattrick. Il-paġna tal-istatus tal-kont ġiet rilaxxata bħala parti mill-ħidma tagħna biex nagħmlu lil Hattrick saħansitra aktar familjari.

Minħabba problemi finanzjarji Zattika tbiegħ Hattrick lura lis-sidien oriġinali. Għall-ħelsien ta' ħafna, Hattrick se tibqa timxi, imma sfortunatament rridu ngħidu saħħa għal xi kollegi rispettati u magħrufa sew bħal HT-Klas u HT-Tjecken.

Staġun 53 (2 ta' Settembru 2013)

Wara ħafna snin Hattrick fl-aħħar issellem ir-regola tal-Golden Goal kif kien mitlub mill-komunita' tagħna fil-vot ta' l-anniversarju. Bis-saħħa ta' l-istess vot, int issa tista' tara, tibdel u tħassar il-formazzjoni tas-soltu.

Il-minors mhux ser ikollhom iktar waqfa fl-aħħar ta' kull staġun ta' tim tal-kbar.

Staġun 54 (23 ta' Dicembru 2013)

Għodda ġdida għat-taħriġ ser tgħin lis-Sapporters tagħna kemm kull wieħed mill-plejers tagħhom ikun għad jonqsu taħriġ biex jilħaq il-livell li jmiss f'ħila partikolari.

Grazzi għal sapport aħjar għall-applikazzjonijiet CHPP, terzi persuni li jizviluppawhom jistgħu issa jagħmlu applikazzjonijiet ġodda, aħjar u interessanti li qabel ma kienux possibli.

Għall-ewwel darba parti mill-forums tal-Hattrick jistgħu jinqraw minn vizitaturi li ma jilgħabux Hattrick. Introduċċejna il-kompetizzjoni slielem għall-Federazzjonijiet. Barra minn hekk saret possibli għas-Sapporters li jaraw kif ir-rati tal-logħba jinbidlu waqt li tkun qed tintlagħab il-logħba.

Biex nagħlqu dan l-istaġun, il-Fair Play Finanzjarju qiegħed jiġi mħabbar biex niżguraw li kulħadd ikun fl-istess livell fis-sistema internazzjonali tal-ligs ta' Hattrick

Staġun 55 (14 t'April 2014)

Waslet f'dan l-istaġun is-sistema l-ġdida ta' l-istaff, li tagħmel id-deċizjonijiet ta' l-utenti li jridu jikru iktar bis-sens u interessanti.

Qegħdin taraw rivoluzzjoni sħiħa fis-sistema tal-promozzjoni fid-diviżjonijiet t'isfel b'iktar logħob ta' kwalifikazzjoni b'konsegwenza ta' dan, u biex inżidu iktar logħob li jiswew għall-perjodu itwal matul l-istaġun. Barra minhekk il-premijiet finanzjarji qegħdin jiġu miżjuda.

Issa saret possibli li tieħu sehem f'iktar minn turnamet wieħed fl-istess ħin. Issa int tista' tara l-istorja tal-korrimenti tal-plejers tiegħek mad-daqqa t'għajn. L-utenti kollha ta' Hattrick jistgħu jżommu nota tat-timijiet u tal-maniġers li huma jagħtu każ bil-'Manager Network'.

Biż-żieda li wieħed jista' jibdel l-ismijiet tal-plejers u li tagħmel avvenimenti personalizzati waqt il-logħob qegħdin inżidu ftit prodotti ġodda tal-Gears. U jekk dan m'huwiex biżżejjed, aħna qegħdin inżidu wkoll logħob ta' ħbiberija barra l-istaġun, u għalhekk ser ikun hemm logħba ta' Hattrick kull tmiem il-ġimgħa sakemm ovvjament int ma tagħmilx logħba ta' ħbiberija.

Diamond is a new Supporter tier where you can use all our Gears products without being charged credits for it. It also exclusively includes a Replay feature which lets you check what would have happened if your match had been simulated ten more times.

Staġun 56 (4 t'Awissu 2014)

We completely redesigned our Cup system to let more teams enjoy the experience of a meaningful cup run. Additionally we introduce Divisional Cups for the lower divisions. At the same time we will also award more prize money and at earlier stages of the Cup than before.

With American English, Hattrick releases its 55th language.

Staġun 57 (24 ta' Novembru 2014)

We are very pleased with the release of our new mobile web and our redesigned iPhone and Android apps and really think it will lift the game experience for anyone that likes their Internet to be mobile.

Supporters get the possibility to organize their Network lists. Open Tournaments give managers the chance to join any available tournament without having to wait for an invitation.

Staġun 58 (16 ta' Marzu 2015)

Confidence will from now on behave more predictable and extreme drops will be less frequent. The training penalty for walkovers has been removed, so that the players who play in another game the same week will no longer suffer a training penalty. Speaking of penalties, the penalty shootout will now take just a few minutes, not up to 20 minutes as before.

Supporters will be able to turn their Hall of Famers into youth scouts, youth trainers and any kind of staff specialist in their club. As requested by many, our mobile apps now also have a social section, where you can browse, read and of course write on the Hattrick forums as well as handle your HT mail.

Over the years we have seen several initiatives from our users helping new users to learn what Hattrick is about and how it needs to be played. We now also offer support to make it much easier for them to mentor new managers into learning about the do’s and don’ts and hopefully get them hooked like we all are.

An exclusive tournament cup for all our Supporters is going to be played during every off-season. It will be more intensive than our regular Cups, completely international, and offer plenty of fun surprises for all participants along the way.

Staġun 59 (6 ta' Lulju 2015)

It will become easier to analyze matches as we will then show the statistics for all chances in the games after they have been played. A lineup simulator is released which is, in other words, a match order interface that is just for playing around and not associated with any match.

On our 18th birthday, we release salary stats for all players and separate stats for the goals a player has scored in his current club. It also becomes possible to create and participate in tournaments of 32 and 64 teams.

We’re proud of the fact that with Indonesian, Hattrick gets another translated language. Our very own chat system is being released as the latest new feature for our mobile apps. Now you can chat with members of your series, with your match opponent or within a federation chat room, open of course to all members of that Federation.

Season 60 (26 October 2015)

This season the staff system gets an update and from now on your staff will be given contracts. You can recruit a tactical assistant and spokespersons are retired.

At last we let go of HT-Time and now you can choose your time zone and finally being able to follow your matches without having to calculate how much time difference there is with where you live and Central Europe.

Season 61 (15 February 2016)

We now show levels above divine. The mentor system is improved to make the experience even better for mentors and mentees.

Season 62 (6 June 2016)

By introducing the new Live Viewer the experience of following a match live in Hattrick becomes more suspenseful and thrilling, while we also provide interesting and updated stats during the match. The referee can now also add stoppage time and we have added a chat, so you can talk to your opponent or other managers in your series while watching your games.

With the Team Analysis tool, you can quickly analyze the previous matches of your upcoming opponents.

Season 63 (26 September 2016)

The Team Analysis tool gets a major update and now lets you even analyze your own team, but also your players if you are a Supporter. Match Replay is now also available to non-Supporters with Credits.

Browser notifications come in handy for those who are doing something else, but still don’t want to miss a thing when something happens in their matches. National league pages get an update, offer some interesting stats and show the reigning champion and Cup winner.

Many improvements are released for managers who have a youth team, such as the training results being available immediately and your scouts will no longer present you with 17 years old talents. You have no youth academy? Then 19 years old players will no longer be offered by your scouting network.

Season 64 (16 January 2017)

Hattrick International gives you the possibility to compete with managers from all over the world. What’s more, since it is a whole new league, it will be interesting to see who will crown themselves the first champion in some 6 seasons time.

Injuries now have more flavor, as of now they happen to specific parts of the body. Estimates of the injury time are more accurate. Single matches can be analyzed and some more improvements are added to the Team Analysis tool.

The votes of our Platinum and Diamond Supporters result in the release of a reminder for when a youth player is ready to be promoted to the senior squad.

Season 65 (8 May 2017)

We've made improvements to our chat system which makes it easier to find, catch up with and jump in on chats between match days.

A new match order page is released and not only has a new visual design, but a lot of new functionality such as being allowed to bench 7 substitutes and several functions which will help you to prepare setting up a good lineup.

 
 
Rate this page
Server 095