Aħna nużaw cookies - dawn jgħinuna biex nagħtuk esperjenza online aħjar.
Bl-użu tal-websajt tagħna inti taċċetta li aħna nistghu inżommu u naċċessaw cookies fl-apparat tiegħek.

Gerijiet ta' Hattrick
Xuttijiet zgħar għat-tim tiegħek

Gerijiet ta' Hattrick hu kollezzjoni ta' fatturi zgħar li tħallas darba biss, magħmula fl-istess spirtu ta' Sapporter ta' Hattrick: huma fatturi li jagħmlu lil Hattrick iktar divertenti biex tilgħabha jew li jagħmlulek l-ħajja ta' Hattrick iktar komda, imma ma jagħtukx xi tip ta' vantaġġ fil-logħba.

Inti tixtri kull gear ta' Hattrick permezz ta' krediti.

Agħti laqam lill-player tiegħek

Hemm xi ħadd mill-players tiegħek li għadu kif ħa xi laqam mil-plejers l-oħrajn jew sapporters? Tista tagħti laqam lill-plejers tiegħek biex tagħmilhom iktar uniċi. Il-laqam jidher bejn l-isem u l-kunjom tal-plejer meta jkun għadu mal-klabb. Meta l-plejer jinbiegħ, l-laqam jiġi mneħħi.

Plejers li qegħdin fis-suq tat-trasferimenti jew plejers li lagħbu mat-tim nazzjonali, ma jistgħux jiġu mogħtija laqam. Il-laqam jrid ukoll jeżisti fir-reġistru tal-laqam ta' pajjizek.

Jekk il-laqam li trid tuza mhux qiegħed fil-lista inti tista tagħmel suġġgeriment biex jizdied.

Prezz: 5 Credits

L-istil tal-player

Tista tagħti kull player li għandek bidla differenti permezz ta stil differenti, basta l-player tieghek ma jkunx fis-suq tat-trasferimenti. Biex tbiddel l-istil ta' player int tista tbiddillu xagħru jew l-kulur ta xagħru jew izzidlu (jew tneħħilu) mustaċċi, leħja jew barbetti.

Prezz: 2 Credits

Agħti l-player bidla radikali

Int tista tagħmel bidla radikali lill-player tiegħek, jiġifieri tbiddel il-fattizzi tiegħu. Pero, il-player jrid jkun tela min-nursery tiegħek jew ikun ilu miegħek sal-inqas minn ħames staġuni sabiex tkun tista tagħmilli bidla totali.

Ukoll, players li huma fis-suq tat-trasferimenti jew players li lagħbu mat-tim nazzjonali ma jistghux jieħdu bidla radikali fl-apparenza tagħhom.

Prezz: 8 Credits

Ingħaqad f'kompetizzjoni

It-turnaments huma l-kompetizzjonijiet mhux uffiċjali f'Ħattrick. Tista' tagħzel li toħloq turnament għalik u għal sħabek - jew tingħaqad ma wieħed mil ħafna Turnaments li jkunu diġa ġew ikkrejati sa għaxra fl-istess ħin. Turnaments għandhom kalendarju flessibli - il-logħob jistgħu jintlagħbu kull ħin matul il-ġimgħa u jistgħu jintlagħbu bħala Tazza jew Kampjonati bil-Playoffs. It-tournaments jinkludu 4, 8, 12 jew 16 il-tim, imma l-prezz biex tissieħeb jibqa' dejjem l-istess.

Prezz: 2 Credits

Logħob tas-sellum

Meta tingħaqad fil-kompetizzjoni Sellum, int tkun qed tieħu sehem f'kompetizzjoni kontinwa biex bi dritt issir l-aqwa maniġer fir-reġjun, pajjiz, federazzjoni - kif ukoll fid-dinja. Idħol ghall-isfida biex titla' sa fuq nett tal-kompetizzjoni Sellum u ssir ir-Re tal-Quccata!

Prezz: 1 Credit

Partita Singola

Inti tixtieq li tqiegħed l-ħabib antipatku tiegħek f'postu? Ma tistax tikseb biżżejjed logħob permezz tal-iskeda regolari tiegħek? Logħob singoli huma hawn biex jgħinuk. Issa tista' tisfida kull tim biex jilagħbu logħba mieġħek u b'hekk tkun tista tiftaħar li inti l-aħjar - daqshekk sempliċi.

Prezz: 1 Credit

Iventomatiku

Trid li l-logħba li jmiss tkun waħda memorabbli jew tgħaddi siegħa zmien? Bl-iventomatiku int tista' toħloq avveniment uniku għal-logħba li jmissek. Għazel bejn tingiza lill-avversarju, messaġġ lis-sapporters tiegħek jew biex tonora l-istorja tal-klabb tiegħek. Dan l-avveniment li int tagħmel jiġi jidher waqt il-logħba. Tajjeb tkun taf li kull avveniment huma biss għal skop ta' prezentazzjoni u bl-ebda mod ma' jaffetwaw ir-rizultat tal-logħba.

Prezz: 2 Credits

Agħti isem ġdid lill-plejer

Għandek ukoll l-għazla li tagħti isem ġdid lil kull player tiegħek.

Plejers li fil-prezent huma fis-suq tat-trasferimenti jew plejers li għadhom kemm lagħbu logħba għat-tim nazzjonali ma jistax jinbidlilhom isimhom, u isem ta' plejer tal-kbar jista jiġi mibdul darba biss (kull sid). L-isem jrid ikun ukoll jezisti fir-reġistru tagħna f'pajjizek.

Jekk jogħġbok trid izzomm quddiem għajnejk li l-isem jerġa jinbidel għal dak oriġinali hekk kif il-plejer jintefa fuq is-suq tat-trasferimenti, anke jekk ma jinbiegħx.

Terġa ssemmi player mill-akkademja tal-youths għandu inqas restrizzjonijiet, l-isem biss jrid jezisti fir-reġistru tal-ismijiet tagħna.

Innota li ċerti kombinazzjonijiet ta' ismijiet ser jiġu blukjati biex jiġu evitati ismjiet ta' persuni famuzi fil-ħajja reali.

Prezz: 8 Credits

Match Replay

Taħseb li l-aħjar tim rebaħ? Kont daqshekk sfortunat, jew l-ewwel ħdax tiegħek ma kienux brillanti daqs kemm ħsibt qabel il-logħba? Issa tista' tkun taf.

Match Replay jissimula l-istess logħba għal 20 times darbiet, billi juża l-istess sitwazzjonijiet tal-logħba propja, biex jagħtik ideja aħjar tal-vera ċansijiet li tirbaħ fil-verita x'kienu.

Jiġi kkreat sommarju tal-logħbiet biex jgħinek tanalizza r-riżultati! Bla ebda dubbju, li tirrepeti partita ma jibdilx ir-riżultat finali tal-logħba bl-ebda mod.

Prezz: 3 Credits

 
 
Rate this page
Server 095